Inċident f’sit ta’ kostruzzjoni

Numru ta' Referenza: PR_68_20, Data ta' l-Istqarrija : Fra 05, 2020
 

Bulgaru ta’ 43 sena residenti Birkirkara sofra ġrieħi gravi wara inċident, f’sit ta’ kostruzzjoni, li seħħ waranofsinhar.

Kienu għall-ħabta tas-siegħa neqsin għoxrin ta’ waranofsinhar (1240hrs) x’ħin il-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Mater Boni Consili, il-Fgura.

Immedjatament il-Pulizija marru fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet illi saru rriżulta li r-riħ kien waqqa’ xi ġebel fuq Bulgaru ta’ 43 sena.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard illejla ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.