Sewwieqa mmultati mill-Qorti ta’ Għawdex

Numru ta' Referenza: PR_622_20, Data ta' l-Istqarrija : Set 16, 2020
​​
 

Fl-aħħar xhur, il-Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku ta' Għawdex wettqu rondi biex jinqabdu dawk li jkunu qegħdin jabbużaw waqt is-sewqan u fl-istess waqt ikunu protetti dawk li jkunu għaddejjin fl-istess toroq. 

Dalgħodu, sitt persuni ġew immultati ftit anqas minn tnax-il elf ewro waqt seduta tat-traffiku fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex wara li nstabu ħatja li saqu taħt l-effett tal-alkoħol. 

Wieħed mill-persuni nstab ħati ukoll li ma kellux polza tal-assigurazzjoni, u kellu l-liċenzja tat-traffiku sospiża għal sena. 

Il-ħames persuni l-oħra kellhom l-liċenzja tas-sewqan sospiża għal sitt xhur.

 Numru ta’ persuni oħra se jkunu akkużati fit-Tribunal dwar kontravenzjonijiet varji.

 Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci mid-Distrett ta' Għawdex.