Pjanċi ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi mitlufin

Numru ta' Referenza: PR_621_20, Data ta' l-Istqarrija : Set 16, 2020
 

Referenza qed issir għar-ritratti li qed jittellgħu fuq il-midja soċjali li juru diversi pjanċi ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi li nstabu wara l-maltemp li kellna fl-aħħar jiem madwar il-gżejjer Maltin.

Il-Korp tal-Pulizija jfakkar li kull min tilef xi pjanċa minn mal-vettura tiegħu jrid jagħmel rapport fl-eqreb għassa tal-Pulizija. Dan huwa rikjest biex is-sid jiġi infurmat f’każ li din tinstab jew sabiex tinħareġ pjanċa oħra mill-awtorita` responsabbli – Transport Malta.

Persuna li ssib xi pjanċa/i tar-reġistrazzjoni ta’ vettura, huwa marbut li jeħodha/jeħodhom fl-eqreb għassa. Il-Pulizija mbagħad tikkuntattja lis-sidien rispettivi sabiex il-pjanċa/i tinġabar/jinġabru.