Katavru ta’ mara jinstab l-Isla

Numru ta' Referenza: PR_618_20, Data ta' l-Istqarrija : Set 14, 2020
 

Illum, għall-ħabta tat-tmienja u nofs (0830hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm intlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar fi Triq it-Tarzna, fl-Isla.

Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija mid-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk intelamaħ il-ġisem.
Għaldaqstant, ġew infurmati l-Forzi Armati ta’ Malta li min-naħa tagħhom daħlu l-katavru l-art.

Minn investigazzjonijiet li saru, il-ġisem ġie identifikat bħala mara ta’ 74 sena residenti l-Fgura.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima LL.D. li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.