Inċident stradali f’Raħal Ġdid

Numru ta' Referenza: PR_617_20, Data ta' l-Istqarrija : Set 14, 2020
 

Żewġt persuni kellhom jittieħdu b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid.

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar (1700hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Duminku Mintoff, minħabba li seħħet kollużżjoni bejn żewġt vetturi.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Nissan GT-R, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena residenti l-Isla, u vettura tat-tip Suzuki Alto, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 72 sena residenti l-Fgura, li sofra xi ġrieħi.

Mar-raġel ta’ 72 sena, kien hemm passiġġiera mara ta’ 70 sena residenti l-Fgura, li ukoll sofriet xi ġrieħi.

Għaldaqstant, fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-persuni Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri min ġrieħi ħfief, filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Ir-raġel ta’ 34 sena ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.