Inċident stradali ġewwa Ħal Għaxaq

Numru ta' Referenza: PR_614_20, Data ta' l-Istqarrija : Set 12, 2020
 

Raġel ta’ 29 sena ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Għaxaq.

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta ta’ nofsillejl (0005hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet ħabta fi Triq iż-Żejtun, Ħal Għaxaq u hemm persuna feruta.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li seħħet kollużjoni bejn karozza tat-tip Ford Fiesta misjuqa minn raġel mill-Filippini ta’ 35 sena, residenti  n-Naxxar u mutur tat-tip Reiju Marathon 125 misjuq mir-raġel ta’ 29 sena, residenti Santa Luċija.


Ix-xufier tal-mutur kien assistit minn tim mediku u ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li r-raġel kien iċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi gravi.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.