Mara ta’ 46 sena ssofri ġrieħi gravi ġewwa residenza

Numru ta' Referenza: PR_611_20, Data ta' l-Istqarrija : Set 11, 2020
 

Mara ta’ 46 sena residenti Marsaskala, issofri ġrieħi gravi waqt inċident li ġara ġewwa residenza.
Kienu għall-ħabta tas-siegħa u kwart (1315hrs), x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa residenza li tinsab fi Triq il-Granmastri, f’Marsaskala.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li numru ta’ folji ta’ gypsum boards waqgħu fuq il-mara meta marret biex tressaqhom u sofriet xi ġrieħi.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu u kif ukoll tim mediku li ta l-ewwel għajnuna. Aktar tard hi ttieħdet l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza għall-aktar assistenza medika fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.