Inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien

Numru ta' Referenza: PR_610_20, Data ta' l-Istqarrija : Set 11, 2020
 
Raġel ta’ 37 sena residenti ż-Żejtun,  isofri ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
Kienu għall-ħabta tas-sitta’ nieqes kwart (0545hrs), x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet ħabta fi Triq Tal-Barrani, f’Ħal Tarxien.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur tal-għamla Yamaha misjuq mir-raġel ta’ 37 sena u vettura tat-tip Toyota Corsa misjuqa min raġel ta’ 28 sena residenti Raħal Ġdid.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur. Aktar tard hu ttieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza għall-aktar assistenza medika fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.