Raġel isofri ġrieħi gravi fin-Naxxar

Numru ta' Referenza: PR_478_20, Data ta' l-Istqarrija : Aww 01, 2020
 


Raġel ta’ 61 sena residenti Marsaskala, qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei għal ġrieħi gravi li sofra f’inċident bil-mutur fin-Naxxar
 
Kienu għall-ħabta tad-disgħa u kwart ta’ filgħodu (0915hrs), x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata permezz ta’ telefonata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq San Ġorġ, fin-Naxxar minħabba li persuna kien weġġa’ bil-mutur.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel tilef il-kontrol tal-mutur Junak u nqaleb.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura medika. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.