Inċident stradali f’Birkirkara

Numru ta' Referenza: PR_474_20, Data ta' l-Istqarrija : Lul 31, 2020
 
Mara ta’ 19-il sena residenti Ħal Qormi, ittieħdet l-Isptar Mater Dei, wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.

Kienu għall-ħabta tas-sitta u kwart (0615hrs), x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Sir Anthony Mamo, minħabba li seħħet kollużżjoni bejn vettura u mutur.

Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Birkirkara marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Isuzu li kienet qed tinstaq min raġel ta’ 44 sena residenti San Ġwann u mutur tal-għamla Benelli li kien qed jinstaq mill-mara ta’ 19-il sena.

Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.