Inċident stradali fil-Gżira

Numru ta' Referenza: PR_472_20, Data ta' l-Istqarrija : Lul 31, 2020
 


Mara ta’ 30 sena mill-Peru, ittieħdet l-Isptar Mater Dei, wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.

Kienu għall-ħabta tas-siegħa u għaxra (0110hrs), x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Testaferrata, minħabba li seħħet kollużżjoni bejn vettura u mutur.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura, li telqet minn fuq il-post, u mutur tal-għamla Niu li kien qed jinstaq mill-mara.

Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.