Mara ssofri ġrieħi serji

Numru ta' Referenza: PR_471_20, Data ta' l-Istqarrija : Lul 31, 2020
 


Illum, għall-ħabta tat-tlieta u għaxra (0310hrs), il-Pulizija ġew infurmati li hemm bżonn l-assistenza tagħha minħabba li kien hemm xi nar f’residenza li tinsab fi Triq Ninu Cremona, Raħal Ġdid.

Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post fejn ġie nnutat li kien hemm xi nar f’residenza u li mara ta’ 63 sena residenti Raħal Ġdid kienet sofriet xi ħruq.

Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nar filwaqt li ambulanza ħadet lil mara l-isptar Mater Dei għall-aktar kura medika. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr C. Farruġia LL.D  li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.