Argument f'San Pawl il-Baħar

Numru ta' Referenza: PR_448_20, Data ta' l-Istqarrija : Lul 26, 2020
 

Mara Ingliża ta’ 49 sena residenti San Pawl il-Baħar, kellha tittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kienet involuta f’argument f’San Pawl il-Baħar.

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-ħdax nieqes kwart (2245hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar, minħabba li kien hemm xi argument.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn sabu persuna mitluqa mal-art. Immedjatament intalbet l-assistenza ta' tim mediku li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-mara ta’ 49 sena, kellha argument ma’ raġel Sirjan ta’ 38 sena residenti Ħal Balzan.

Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri min ġrieħi serji.

Ir-raġel ta’ 38 sena qed jiġi mitkellem mill-Pulizija filwaqt li bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.