Tifel isofri ġrieħi gravi

Numru ta' Referenza: PR_447_20, Data ta' l-Istqarrija : Lul 26, 2020
 

Ilbieraħ, għall-ħabta tas- sebgħa ta’ filgħaxija (1900hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li fi Triq Sant’ Antnin, Għajnsielem, Għawdex, kien hemm bżonn l-assistenza tagħha u dik medika.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari illi għamlu rriżulta li tifel ta’ 13-il sena residenti Għajnsielem kien qiegħed isuq ir-rota u għal xi raġuni waqa' ġo gandott. 

It-tifel ittieħed minnufih l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.  

 L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.