Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Numru ta' Referenza: PR_368_20, Data ta' l-Istqarrija : Ġun 30, 2020
 

Raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Illum, għall-ħabta tat-tlieta (1500hrs), il-Pulizija ġew infurmati li seħħet ħabta fi Triq l-Imġarr , l-Imġarr u kien hemm persuna li kellha bżonn l-assistenza tagħha u dik medika.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Peugeot misjuqa minn raġel ta’ 70 sena residenti l-Imġarr u vettura tat-tip BMW misjuqa minn mara ta’ 39 sena residenti l-Gharghur.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

​​​