Raġel isofri ġrieħi gravi

Numru ta' Referenza: PR_367_20, Data ta' l-Istqarrija : Ġun 30, 2020
 

Raġel ta’ 76 sena residenti l-Qala, Għawdex, ittieħed l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tas-Sliema.

Illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar (1200hrs), il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna kellha bżonn l-assistenza fi Triq Nazzarenu, tas-Sliema.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel kien qiegħed isuq vettura tat-tip Hyundai u għal xi raġuni ħabat ġo ħajt.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

​​