Persuni miżmuma wara li kkawżaw ħsarat f’Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far

Numru ta' Referenza: PR_365_20, Data ta' l-Istqarrija : Ġun 29, 2020
 

Aktar kmieni illum, il-Pulizija arrestaw numru ta’ immigranti wara li kkawżaw ħsarat ġewwa Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far.

Matul il-lejl, il-Pulizija kienet infurmata li f’Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far, hemm numru ta’ immigranti li kienu bdew jipprotestaw. Mal-ħin il-protesta ma baqgħetx waħda paċifika u għalhekk issejħu l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU), tal-iSpecial Intervention Unit (SIU) u tad-Distrett sabiex tingħata l-assistenza meħtieġa.

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru, il-Pulizija żammet 11-il persuna.

Dawn l-immigranti ġew arrestati u ttieħdu il-lockup ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija l-Furjana.

Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.