Ħaddiem isofri ġrieħi gravi f’sit ta’ kostruzzjoni

Numru ta' Referenza: PR_358_20, Data ta' l-Istqarrija : Ġun 26, 2020
 
Ġuvni ta’ 18-il sena mill-Kosta tal-Avorju, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta kostruzzjoni fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta. 

 

Il-Pulizija kienu infurmati għall-ħabta tas-siegħa u għoxrin ta’ waranofsinhar (1320hrs), li kien hemm bżonn l-assistenza fl-imsemmija triq minħabba li kien weġġa’ ħaddiem f’sit ta kostruzzjoni. 

 

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel sofra ġrieħi wara li waqa’ minn għoli.

 

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li taw l-ewwel għajnuna. Ambulanza ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.