Raġel isofri ġrieħi gravi f’argument f’San Ġiljan

Numru ta' Referenza: PR_299_20, Data ta' l-Istqarrija : Mej 23, 2020
 

Raġel Ġermaniż ta’ 34 sena, residenti tas-Sliema, qed isofri minn ġrieħi gravi wara argument f’San Ġiljan.

 

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-erbgħa u nofs (0430hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Vjal Portomaso, San Ġiljan.

 

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li kien hemm argument f’appartament bejn żewġ persuni. Waqt l-vittma kien qed jigi mitkellem fuq il-post mill-Pulizija, raġel Malti ta’ 59 sena residenti tas-Sliema, aggredih minn wara u ikkagunalu xi ġrieħi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi gravi.

 

Ir-raġel ta’ 59 sena qed jiġi mitkellem mill-Pulizija filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.