Mara ssofri ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku

Numru ta' Referenza: PR_296_20, Data ta' l-Istqarrija : Mej 21, 2020
 

Mara ta’ 71 sena, residenti l-Ħamrun, qed issofri minn ġrieħi serji wara inċident tat-traffiku, fil-Ħamrun.

 

Kienu għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart ta’ filgħodu (1045hrs), x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.

 

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li l-mara sfat milquta minn vettura ta’ tip LDV Maxus misjuqa minn raġel Sirjan ta’ 21 sena, residenti Ħal Qormi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li qed isofri min ġrieħi serji.

 

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farruġia LL.D, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.