Arrestata persuna b’rabta ma’ attentat ta’ ħruq ta’ residenza

Numru ta' Referenza: PR_291_20, Data ta' l-Istqarrija : Mej 18, 2020
 
​Raġel ta’ 44 sena, residenti l-Gżira, mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin wara investigazzjoni mill-Pulizija b’rabta ma’ attentat ta’ ħruq ta’ bieb ta’ residenza f’Ħal Luqa.

Investigazzjonijiet intensivi mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti (Violent Crime Unit) fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u dawk mid-Distrett ta’ Ħal Luqa, wasslu sabiex ġie identifikat r-raġel li allegatament wettaq dan ir-reat.

Dan il-każ kien seħħ fi Triq il-Wilġa, Ħal Luqa fid-19 ta’ Diċembru  2019 għal ħabta ta’ 0330hrs ta’ filgħodu, kien seħħ attentat ta’ ħruq ta’ bieb ta’ residenza privata. Dak il-ħin fuq ġewwa tar-residenza kien hemm xi persuni. Fortunatament ħadd ma wegga'.