Nirien f’residenza ż-Żurrieq

Numru ta' Referenza: PR_290_20, Data ta' l-Istqarrija : Mej 18, 2020
 

llbieraħ, għall-ħabta ta’ sitta ta’ filgħaxija (1800hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm xi nirien ġo residenza fi Triq Santa Katerina, ż-Żurrieq.


Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li kien hemm nirien ġewwa kamra tas-sodda tal-istess residenza. Żewġ nisa ta’ 75 sena, sofrew xi ġrieħi minħabba ħruq u d-dħaħen.


Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien u tim mediku sabiex jassistu liż-żewġ anzjani. Iż-żewġ nisa ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn aktar tard, waħda minn nisa ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.