Inċident stradali f’Ħaż Żebbuġ

Numru ta' Referenza: PR_289_20, Data ta' l-Istqarrija : Mej 17, 2020
 

​Mara ta’ 32 sena u raġel ta’ 40 sena kellhom jittieħdu b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Ħaż Żebbuġ.


Illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar (1200hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet ħabta fi Triq l-Imdina, Ħaż Żebbuġ u hemm xi persuni feruti.


Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li seħħet kollużjoni bejn vettura tat-tip Toyota Porte misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti Ħaż Żabbar u mutur tat-tip Harley Davidson misjuq mir-raġel ta’ 40 sena residenti r-Rabat.


Is-sewwieq tal-mutur, kellu passiġġiera, il-mara ta’ 32 sena residenti l-Imtarfa.

Kemm ix-xufier kif ukoll il-passiġġiera tal-mutur ittieħdu l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li l-mara ġiet iċċertifkata li qed issofri minn ġrieħi serji, filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.


Bil-każ ġie infurmat il-Magistrat tal-Għassa Dr. Martin Farrugia LLD. li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.