Inċident stradali f'Pembroke

Numru ta' Referenza: PR_27_20, Data ta' l-Istqarrija : Jan 14, 2020
 

Illum, għall-ħabta tan-nofssiegħa ta’ wara nofsinhar (1230hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident stradali fi Triq Sir Adrian Dingli, f’Pembroke u kien hemm bżonn l-assistenza tagħha u dik medika.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari illi għamlu rriżulta li raġel ta' 45 sena residenti Pembroke kien qiegħed isuq il-mutur tat-tip Kymco u għal xi raġuni tilef il-kontroll u waqa'. 

Is-sewwieq ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.  

 L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.