Inċident ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija

Numru ta' Referenza: PR_26_20, Data ta' l-Istqarrija : Jan 13, 2020
 

Illum, għall-ħabta tas-sagħtejn nieqes għoxrin (1340hrs), raġel ta’ 18-il sena mit-Tuneżija, waqt li kien qiegħed jinżamm taħt arrest ġewwa l-Lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, pprova iweġġgħa lilu nnifsu waqt li kien fiċ-ċella tiegħu. Grazzi għall-intervent f’waqtu tal-Pulizija, ir-raġel ma ġarrab l-ebda ġrieħi.
Minkejja dan, huwa xorta waħda ttieħed l-isptar Mater Dei sabiex jiġi nvistat.