Raġel isofri ġrieħi serji

Numru ta' Referenza: PR_23_20, Data ta' l-Istqarrija : Jan 12, 2020
 
Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tan-nofs siegħa (0030hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Toni Bajada, San Pawl il-Baħar minħabba li kien hemm persuna feruta.


Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post, fejn sabu persuna mal-art fir-residenza tagħha. Immedjatament intalbet l-assistenza ta' tim mediku li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li żewġt irġiel li l-identita’ tagħhom għadha mhix magħrufa, fi Triq l-Erba’ Mwieżeb, weġġgħu lil vittma, li huwa raġel Bulgaru ta’ 45 sena residenti San Pawl il-Baħar, b’oġġett bil-ponta u wara ħarbu minn fuq il-post.

Iktar tard, il-vittma ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxijiet għall-aggressuri waqt li għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħha.

​​