Raġel milqut minn vettura

Numru ta' Referenza: PR_22_20, Data ta' l-Istqarrija : Jan 11, 2020
 

Illum, għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar (1500hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi u kien hemm bżonn l-assistenza tagħha u dik medika.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel  ta’ 69 sena residenti Ħal Qormi safa’ milqut minn vettura. Is-sewwieq tal-vettura telaq minn fuq il-post ta’ l-inċident.

Tim mediku assista lir-raġel u ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza għall-kura, fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.​