Isofri ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku

Numru ta' Referenza: PR_165_20, Data ta' l-Istqarrija : Mar 23, 2020
 

Raġel ta’ 37 sena, residenti l-Pietà, sofra ġrieħi serji waqt inċident bil-vettura fil-Ħamrun.


Ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta' filgħaxija (2145hrs), Kuntistabbli li kien għaddej minn Triq Nazzjonali, l-Ħamrun, fi triqtu lejn il-Furjana innota vettura li kienet qed tieħu n-nar. Huwa immedjatement għen lis-sewwieq tal-karozza sabiex joħroġ mill-vettura u sejjaħ għal assistenza minn tim mediku u dawk tat-tifi tan-nar.


Il-Pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun u mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention unit marru fuq il-post fejn sabu li għal xi raġuni r-raġel, tilef il-kontroll tal-vettura Ford Ka li kien qed isuq u ħabat mà siġra. Kawża tal-impatt il-vettura ġarrbet ħsarat estensivi u ħadet n-nar, li ġie ikkontrollati f’qasir żmien mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.


Ir-raġel ta’ 37 sena kien assistit minn tim mediku fuq il-post ta’ l-inċident u ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza għal kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.


Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.