Illum, għall-ħabta
tal-għaxra u nofs (1030hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn
l-assistenza tagħha, fi Triq Melita, fil-Belt Valletta.
Il-Pulizija
tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta
li raġel ta’ 54 sena residenti l-Mosta, indarab wara li waqa’ xi ħġieġ fuqu.
Fuq
il-post issejjaħ tim mediku, sabiex ir-raġel jingħata l-assistenza medika. Huwa
ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn
ġrieħi gravi.
Il-Pulizija
għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.