Raġel isofri ġrieħi gravi

Numru ta' Referenza: PR_158_20, Data ta' l-Istqarrija : Mar 19, 2020
 
Illum għall-ħabta tan-nofsiegħa (1230hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha, fi Vjal Santa Luċija, Paola.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 39 sena residenti Ħaż-Żabbar, kien tilef il-kontroll tal-mutur Kawazaki li kien qed isuq u nqaleb.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku, sabiex ir-raġel jingħata l-assistenza medika. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.