Inċident stradali fil-Gżira

Numru ta' Referenza: PR_151_20, Data ta' l-Istqarrija : Mar 17, 2020
 

Raġel kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gżira.

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija (2330hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet kollużżjoni fi Triq Mikiel Anton Vassalli direzzjoni lejn San Ġiljan u kawża t’hekk, hemm xi nies li sofrew xi ġrieħi.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Kawasaki Ninja ZX-10R, li kien qed jintsaq minn raġel ta’ 37 sena residenti Pembroke u vettura tal-għamla Suzuki Baleno, li kienet qed tinstaq minn raġel Irlandiż ta’ 44 sena residenti San Ġwann.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-isptar għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.