Raġel barrani jitlef ħajtu fil-Qawra

Numru ta' Referenza: PR_146_20, Data ta' l-Istqarrija : Mar 15, 2020
 

Raġel minn Niġerja ta’ 37 sena tilef ħajtu wara li ndarab kawża ta’ daqqiet ta’ arma taqta u bil-ponta.

Kienu għal-ħabta ta’ nofsillejl (0000hrs) x’ħin il-Pulizija kienu infurmati mid-Dipartiment tas-saħħa li fi Triq il-Ġifen, il-Qawra, kien seħħ argument u x’aktarx hemm persuna li sofriet xi ġrieħi.

Immedjatament fuq il-post marru Pulizija mid-Dipartiment tal-investigazzjoni Kriminali u l-Pulizija tad-Distrett. Mill-ewwel investigazzjonijiet illi saru rriżulta li kien għadu kemm seħħ argument bejn xi persuni barranin ġo stabbiliment fl-istess triq.

Fuq il-post minnufih, irrikorrew ambulanza u tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei, bir-raġel jingħata l-ewwel assistenza medika fuq il-post. Huwa ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, bil-kundizzjoni tiegħu mill-ewwel ġiet iċċertifikata li hija waħda serja.

Aktar tard għal ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu, sfortunatament ir-raġel kien iċċertifikat mejjet.

Dwar dan il-każ Il-Pulizija qed tkellem persuna sabiex jgħinha fl-istħarriġ.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo LL.D li ordnat inkjesta Maġisterjali u ħatret diversi esperti sabiex jassistu.