Raġel isofri ġrieħi gravi

Numru ta' Referenza: PR_737_19, Data ta' l-Istqarrija : Diċ 07, 2019
 

Illum, għall-ħabta tan-nofsiegħa (1230hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Nikolo Communet, il-Qrendi.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li Taljan, ta’ 31 sena residenti Buġibba, waqa’ b’ċangun waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni ġewwa sit fl-imsemmija triq u sofra xi ġrieħi .

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.