Raġel isofri ġrieħi ta’ natura gravi

Numru ta' Referenza: PR_729_19, Data ta' l-Istqarrija : Diċ 05, 2019
 

Illum, għall-ħabta tat-tlieta nieqes kwart ta’ wara nofsinhar (1445hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa impjant fi Triq il-Magħtab, in-Naxxar.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li, Compactor misjuq minn raġel ta’ 64 sena mill-Fillipini residenti l-Pieta’, irriversja b’konsegwenza li laqat r-raġel ta’ 42 sena residenti Ħal Qormi, li kien qiegħed wieqaf bilqiegħda ġo trakk ta’ tip Daf.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ssejjaħ ukoll tim mediku, li taw l-ewwel għajnuna. Ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri min ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.