Inċident fuq xarabank

Numru ta' Referenza: PR_723_19, Data ta' l-Istqarrija : Diċ 03, 2019
 
​Illum, għall-ħabta tal-ħdax u nofs (1130hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Mużew, ir-Rabat.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mmedjatament fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li mara ta’ 78 sena residenti l-Imtarfa tilfet il-bilanċ waqt li kienet qegħda fuq xarabank, bil-konsegwenza li sofriet xi ġrieħi.  Ix-xarabank kienet qed tinstaq min Filippin ta’ 50 sena residenti l-Ħamrun.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjana l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.