Sparati tiri waqt argument f’Wied il-Għajn

Numru ta' Referenza: PR_714_19, Data ta' l-Istqarrija : Nov 29, 2019
 
Il-Pulizija qed iżżomm taħt arrest żewġ persuni wara argument li fih allegatament intużat sikkina u arma tan-nar. F’dan il-każ allegatament ġew sparati numru ta’ tiri.

Il-każ seħħ illum għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu (1100hrs), x’ħin il-Pulizija kienu infurmati li hemm argument fi Triq in-Nadur f'Wied il-Għajn. Fuq il-post marru l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u tad-Distrett.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija rriżulta li l-argument beda fi Triq il-Qaliet, bejn raġel ta’ 30 sena residenti l-Gżira u żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Wied il-Għajn. Hemmhekk allegatament ġew sparati t-tiri minn wieħed mill-persuni waqt li l-ieħor allegatament kellu sikkina f’idu. Minn fuq il-post il-Pulizija elevat numru ta’ skrataċ, waqt li l-akwati ngħalqu sakemm sar l-istħarriġ.

L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u tad-Distrett. Iż-żewġt irġiel arrestati, ittieħdu għall-aktar stħarriġ fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana.

Il-Magistrat tal-Gassa Dr. Victor Axiaq LLD. ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.