Inċident tat-traffiku

Numru ta' Referenza: PR_710_11, Data ta' l-Istqarrija : Nov 28, 2019
 

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa nieqes għaxra (1850hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Ta’ l-Infetti, l-Imdina.


Il-Pulizija tad-Distrett marru mmedjatament fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħ impatt bejn vettura ta’ tip Ford misjuqa minn Taljan u mutur ta’ tip Peugeot Tweet misjuq minn Indjan ta’ 23 sena residenti l-Imsida.


Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.