Inċident tat-traffiku l-Fgura

Numru ta' Referenza: PR_708_19, Data ta' l-Istqarrija : Nov 28, 2019
 

Ilum, għall-ħabta tal-ħamsa u nofs (0530hrs) ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Ħaż-Żabbar, il-Fgura.

Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Daf CF85 misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti Ħaż-Żabbar, u mutur tat-tip Piaggio X8 misjuq minn raġel ta’ 60 sena residenti Fgura. Ix-xufier tal-mutur miegħu kellu passiġġiera, mara ta’ 55 sena residenti l-Fgura.


Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil passiġġiera tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li qiegħda issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
 
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.