Sabiex persuna tnaqqas l-opportunita’ li ssir vittma ta’ dan ir-reat, persuna għandha:
Tevita li thalli ċ-ċwievet fl-ignition meta tinżel mill-korozza, anke jekk għal ftit hin;
Tevita li tħalli basktijiet, dokumenti, ħwejjeġ u affarijiet oħra fejn jidhru;
Taċċerta ruħha li sakkret il-bibien u t-twieqi qabel ma titlaq minn ħdejn il-vettura;
Tevita li tħalli l-istereo tal-vettura fejn jidher - illum il-ġurnata dawn jistgħu jnqalgħu - pero ma għandhom qatt jitħallew taħt xi seat jew fil-compartment tad-dashboard;
Tinstalla security hook jew alarm - dawn huma deterrent għall-kriminal;
Jekk il-vettura tiegħek ġiet misruqa, wieħed għandu jirrapporta mill-ewwel lill-Pulizija fuq 119 jew fl-eqreb għassa tal-Pulizija. F’każ ta’ serq minn vettura persuna għandha tagħmel dak kollu possibbli sabiex tiġi preżervata xi evidenza li tista’ tgħin lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet dwar il-każ.