Serq minn Residenza

Il-kunċett li tnaqqas 1-opportunita’ għal kriminal li jagħmlek vittma tiegħu huwa ta’ importanza kbira. Sabiex persuna tnaqqas 1-opportunita’ li jsir vittma ta’ dan ir-reat, persuna għandha:
 
     Tara li quddiem ir-residenza tagħha t-triq hija mdawwla sew;

     Tara li t-twieqi li huma f’livell baxx u dawk li jagħtu għall-barra jagħtu sigurta tajba;

     Tevita li tagħmel ħasira mal-bieb ta’ barra peress li persuni jkunu jistgħu jistaħbew warajha;

     Tinvesti f’alarm tajjeb;

     Oġġetti ta’ valur u dokumenti importanti m’għandhomx jitqiegħdu f’postijiet viżibbli u jekk hu possibbli f’safe,

     Iżżom ammont minimu ta’ flus kontanti u affarijiet ta’ valur, ċwievet qatt ma għandhom jittħallew fi qsari, f’letterboxes jew taħt tapiti;

     Tiċċekkja li l-bibien u t-twieqi huma msakkrin permezz ta’ lukketti b’saħħithom;

     Tagħmel katina u spy hole mal-bieb tad-dar ħalli tkun taf min qed iħabbat il-bieb;

     Dejjem tiċċekkja 1-karti tal-identita’ ta’ dawk in-nies bħal per eżempju ħaddiema qabel ma jiddaħħlu ġewwa;

     Tevita li tagħti informazzjoni fuq websites ta’ social networking;

     Tevita li jkollha pjanti u siġar fuq quddiem ta’ residenza li ma jħallux viżibbli l-faċċata;

     Timmarka u tieħu ritratti ta’ oġġetti ta’ valur u ġojjellerija;

     Tagħti kull informazzjoni rigward xi persuna/i u/jew vetturi suspettużi lill-Pulizija billi ċċempel jew tirrikorri fI-eqreb Ghassa jew billi ċċempel fuq il-Crime Stop 119.​

INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:

 Indirizz tal-Kuntatt
KWARTIERI ĠENERALI TAL-PULIZIJA
Pjazza San Kalċidonju
Floriana FRN 1530
 
 
Telefown
2122 4001​