Snatch and Grab huwa tip ta’ serq li jirreferi għall-att fejn oġġett ġeneralment mp3 players, handbags, wallets u mobile phones jiġu meħuda minn fuq il-persuna.
Sabiex wieħed inaqqas ir-riskju li jsir vittma ta’ dan it-tip ta’ reat wieħed għandu jikkunsidra l-pariri t’hawn taħt:
Dejjem għażel toroq imdawwla sew u ffrekwentati sew;
Kun attent ta’ dak li jkun qieghed jiġri madwarek;
Imxi kontra n-naħo li għaddej it-traffiku sabiex tkun qiegħed tara sew xi jkun hemm fit-triq;
Evita li waqt il-mixi tuża mobile phone, mp3 player jew oġġetti oħra ta’ valur li jistgħu jattiraw l-attenzjoni tal-ħalliel;
Jekk huwa possibli handbags u pouches għandhom jintlibsu taħt ġakketta fix-xitwa;
Titħabatx mal-aggressur, speċjalment jekk dan huwa armat jew jekk il-basket li jkun ser joħodlok ma jkunx fih oġġetti ta’ valur;
Oġġetti ta’ valur, ċwievet, ammont ta’ flus kontanti jew dokumenti personali ma għandhomx jinġarru għalxejn;
Jekk persuna tisfa vittma ta’ dan ir-reat għandha tirrapporta mill-ewwel fl-eqreb għassa tal-Pulizija.