L-Att dwar il-Prevenzjoni tal-Vjolenza Domestika

L-Att dwar il-Prevenzjoni tal-Vjolenza Domestika
 
Il-liġi l-ġdida dwar il-prevenzjoni ta’ vjolena domestika se tkun qed tagħti għodda ġdida u tgħin lil dawk il-persuni li jistgħu jkunu f’riskju ta’ vjolenza domestika.  Permezz ta’ din il-liġi, persuni li qegħdin f’relazzjoni intima jistgħu jissotomettu applikazzjoni mal-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità jew mal-Pulizija sabiex jiċċekkjaw jekk is-sieħeb jew sieħba tagħhom qatt instabu ħatja ta’ vjolenza domestika fil-passat. Il-persuna se tkun qed tingħata informazzjoni biss fuq sentenzi ta’ vjolenza domestika u mhux allegazzjonijiet li jkunu saru jew każijiet li jkunu għadhom pendenti quddiem il-Qorti. Sabiex jiġi żgurat ukoll il-protezzjoni tad-data, il-Pulizija trid tivverifika d-dritt tal-applikant għall-informazzjoni permezz ta’ kriterji speċifiċi  u stabbiliti minn din il-liġi.  Ir-risposta lill-applikant imbagħad tingħata fi żmien sebat ijiem u jekk ikun jeħtieġ anke joħroġ avviż ta’ twissija ta’ riskju. F’dan il-każ, il-Pulizija fi ħdan l-Aġenzija se tkun qed tispjega wkoll ir-raġuni għaliex jista’ jkun hemm riskju potenzjali ta’ vjolenza domestika filwaqt li l-professjonisti fi ħdan l-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità se jgħaddu informazzjoni dwar is-servizzi ta’ appoġġ u sapport disponibbli.

Persuna tista' tapplika online billi tidħol fil-link - https://victimsupportagency.com/prevention-form/​ jew tmur tapplika personali ġewwa l-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità (52, Old Theatre Street, Valletta)

Link għall-Manwal tal-Vittmi tal-Vjolenza Domestika - https://pulizija.gov.mt/en/services/Documents/Hanbook%20for%20Domestic%20Violence%20MLT%202.pdf