It- Taqsima ta’ Relazzjonijiet Internazzjonali ibbenefikat minn €800,000 fondi Ewropej sabiex il- Case Management System fi ħdan l-uffiċju ta’ SIRENE, issa tista’ tigi aċċessata mill- Interpol u l – Europol, kif ukoll Dipartimenti/Ufficjali oħra tal- Pulizija. Barra li din is-sistema ġiet żviluppata skond il-ħtiġijiet tal- uffiċjali li jagħmlu użu minnha, hija sistema li tiprovdi ukoll statistika hekk bżonjuża mill- istess taqsima. Din is-sistema hi faċli biex tużaha u għenet sabiex ikun hemm inqas ħin fil-qsim ta’ informazzjoni bejn diversi dipartimenti. Bi saħħa ta’ din is-sistema, ħafna mi xogħol li kien isir fuq karta, issa jsir diġitali u l- istess informazzjoni tista’ tiġi aċċessata minn diversi uffiċjali fl-istess ħin.