TISĦIEĦ TAS-CYBER CRIME UNIT
Is-Cyber Crime Unit ibbenefika minn l’fuq minn €525,000 ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropeja taħt il-programm ISF (Fondi għas-Sigurta` Interna). Il-proġett kien jinkludi x-xiri ta’ żewġ multi-purpose vehicles, search kits, workstations, tagħmir forensiku ġdid u l-aħħar teknoloġija informatika għall-ħażna ta’ dati diġitali. Din l-Unita’ issa tinsab attrezzata aħjar biex tilqa’ għal volum ta’ xoghol li dejjem jiżdied u biex b’mod effiċjenti, jkollha riżultati aħjar waqt l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni. Permezz ta’ apparat li ġie mixtri minn dan il-proġett, is-Cyber Crime Unit implimentat konnessjoni mal-INTERPOL Child Sexual Exploitation Database, li għalih, membri tal-Unita’ attendew taħriġ ta’ ġimgħa li ingħata mill-INTERPOL fil-Kwartieri Ġenarali. Dan il-proġett ikkumplimenta l-investiment ta’ €700,000 li sar minn fondi Nazzjonali għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni biex jakkomodaw il-laboratorju u l-uffiċini l-ġodda tas-Cyber Crime Unit.
