Schengen Information system SIS QUO VADIS?

Fi ftit tax-xhur ilu, waħda mis-sistemi tal-Unjoni Ewropea magħrufa bħala x-Schengen Information System (SIS) ġiet aġġornata b’ funzjonijiet ġodda sabiex il-pajjiżi membri jassiguraw aktar sigurtà. Fost dawn il- funzjonijiet ġodda, hemm dawk relatati ma’ tfal f’ riskju ta’ ħtif, adulti f’riskju ta’ vjolenza, kif ukoll attentati ta’ attakki terroristiċi. B’hekk, il-komunikazzjoni bejn pajjiżi membri ssir b’mod effiċjenti. 

Malta ngħatat €1.2 miljun f’fondi Ewropej sabiex tkun tista’ ssaħħaħ is-sistema tagħha b’dawn il-funzjonijiet ġodda.