Raman Spectrometer Devices

Xiri ta’ tagħmir teknoloġiku manwali ‘Laser Raman Spectrometer Devices’ mill-Korp tal-Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qiegħed jinvesti fil-unit tal-Forensika biex jieħu spinta il-quddiem b’investimenti kemm bil-fondi Ewropej kif ukoll dawk lokali. Proġett mill-fondi Ewropej li jagħmel parti mill-Internal Security Funds (Koperazzjoni tal-Pulizija) – Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalita’, huwa propju ix-xiri ta’ tagħmir teknoloġiku manwali ġdid hekk imsejjaħ ‘Laser Raman Spectrometer Devices’. 

Dan il-proġett ISF ser jiffaċċilita’ l-identifikazzjoni tas-sustanzi li jinqabdu: tossika, narkotika, kimika kif ukoll ta’ splussivi. Il-Pulizija li jkun qed jaghmel it-testijiet b’dan l-apparat ser ikollu r-riżultat f’idejh dak il-ħin stess, mingħajr ma hemm il-bżonn li jintbagħtu dawn is-sustanzi fil-laboratorju.  B’hekk ser jonqos il-ħin talġbir tal-evidenza għax ser jkunu jistgħu jikkonfermaw dak il-ħin stess x’tip ta’ sustanzi jkollhom quddiemhom.  Għalhekk b’din it-teknoloġija dawn l-evidenzi li jkunu inġabru barra, waqt li l-Pulizija jkunu qed jaqdu dmirhom  sew fuq xi xeni ta’ delitt.  Jekk qabel kienu jridu jgħaddu xi ftit ġranet sabiex ikun hemm riżultati konklussivi, issa b’dan it-tagħmir teknoloġiku, dak il-ħin stess, il-Pulizija jkunu jafu preċiżament x’elevaw bħala evidenza. Ovvjament, max-xiri ta’ din it-teknoloġija forensika ġdida, ma jistax jonqos li jkun hemm it-taħriġ meħtieġ.  Dan kollu ser issaħħaħ aktar il-presenza tal-Pulizija fit-toroq Maltin, u aktar sigurta’ fil-pajjiż grazzi ghall-metodu ġdid ta ‘mobile policing’ biex tissaħħaħ il-prevenzjoni, kif ukoll ser jgħin fil-ġlieda kontra l-Kriminalita’.

 

INFORMAZZJONI DWAR KUNTATT:

 Indirizz tal-Kuntatt
KWARTIERI ĠENERALI TAL-PULIZIJA
Pjazza San Kalċidonju
Floriana FRN 1530

 Telefown
2122 4001