Automated Fingerprint Identification System (AFIS)

Il- Korp tal-Pulizija ibbenifika minn €2.1 miljun f’ fondi Ewropej taħt il- programm tal-Internal Security Fund sabiex tinxtara sistema ġdida magħrufa bħala “Automated Fingerprint Identification System” ghall- użu ta’ Laboratorju Forensiku fi ħdan il- korp. Din is- sistema ġiet żviluppata fuq bażi tal- bżonnijiet tal- uffiċjali tal-Korp, sabiex fl-aħħar mill- aħħar jakkwistaw ir-riżultati meħtieġa waqt id-dmirijiet tagħhom. Barra minn hekk, inxtraw 10 “live scans” li ġew installati f’diversi għases madwar Malta u Għawdex sabiex l-uffiċjali jkunu jistgħu jaqdu dmirijiethom b’ aktar mod effiċjenti. Kull membru tal- Korp li jagħmel użu minn dan l-apparat ħa taħriġ meħtieġ.